Living Ability Not Disability (L.A.N.D.) Malta


Getting to know us

 
Hello hbieb,

Kif intom? Nittama li tinsabu tajbin u li kellkom sena kif tixtiequ intom. Kif forsi lkoll tafu din s-sena’ kellna l-hatra ta’ kumitat gdid li kif jixhed mill attivitajiet li kellna preparati ghalikom hadmu hafna biex L-LAND Group jibqa sejjer l’quddiem u jkollna attivitajiet kif xtaqtu intom u ta’ success. Ghalhekk ser intukom ftit dettalji dwar l-membri l-godda tal-kumitat biex intom issiru familjari iktar maghhom. Nixtiequ ukoll ninawguraw li f’din l- harga, l-logo il-gdid tal-LAND Grupp.

Il-kumitat tal-LAND hu magħmul minn 7 persuni. Dawn huma:
Daniela Schembri (President),
Jeanesse Abela (Fundraiser /educational co-ordinator officer),
Sarah Cassar (Segretarja),
Tonio Mercieca (Teżorier),
Lynn Aquilna (Assistenta Segretarja),
Jeremy Tua (Assistent Teżorier) u
Melanie Scicluna (Viċi-President).

Għandha 27 sena u toqgħod iż-Żurrieq, flimkien mal-ġenituri u ma’ ħutha. Ila taħdem bħala casual subsitute clerk ġewwa San Vinċenz De Paul  għal  dawn  l-aħħar  4  snin.  Hija  persuna  soċjevoli  ħafna,  filfatt  tħobb tiċċettja u toħroġ ma’ sħabha. L-mużika tagħmel differenza kbira f’ħajjitha ukoll.

 Daniela Schembri

Presidenta

Għandha 30 sena. Tgħix tas-Sliema flimkien mal-familja tagħha. Sarah mhiex ġejja minn familja kbira, filfatt qegħdin biss 2 aħwa hi u ħuha. Ħuha li hu ftit ikbah minnha għandu tifel ta’ sentejn. Peress li m’għandhiexħutha bniet hi tqis li Femia ( il-helper tagħha ) bħala parti mill-familja tagħha ukoll. Ilha taħdem il- MEPA, għal dawn l-aħħar 12–il sena, Dan kollu, ovvjament ġara wara li temmet l-iskola  sekondarja  u  ġabet  l-eżamijiet  meħtieġa.  Aapparti  minn  hekk  fil-ħin liberu tagħha tħobb tgħin ħafna lil min ikun fil-bżonn u tħeġġeġ lil dak li jkun biex jgħix ħajtu bl-aħjar mod li jista’, L-akbar sodisfazzjon tagħha hu l-grupp tal-
LAND, Filfatt ilha attiva fih b’ mod volontarju għal dawn l-aħħar 10 snin. Minħabba d- diżabilita’ li għandha Sarah hi limitata ħafna fejn jidħu passatempi. Imma   l-użu tal- computer hu l-aktar passatemp li hi tħobb. Tqatta ħafna ħin titkellem ma’ ħbiebha fuq diversi social networks. L-akbar sodisfazzjon tagħha hu meta tara lil membri tal-grupp bit-tbissima fuq wiċċhom, u dan ikompli jagħtiha skop għalxiex tgħin fl-organizzaazjoni u
fl-assistenza li hi tagħti lil president biex jittellgħu l-attivitajiet tal-grupp.

 Sarah Cassar

Segretarja

Hu  minn San Ġwann. Għandu 49 sena u jaħdem fis-settur pubbliku tas-saħħa    f’Mater  Dei.  Bħala  passatempi  jħobb  l-ajruplani  u  t- tpinġija.  Jemmen  li  meta  tgħin  lil  min  hu  fil-bżonn  iqum  fuq  saqajh, imbagħad dak li jkun ikun jista’ jgħin lil ħaddieħor.

 Tonio Mercieca

Tezorier


Għandha 21 sena u toqgħod is-Swatar. Issa ilha mal-grupp LAND kważi 4 snin li matulhom tħoss li saret aktar indipendenti u l-ħajja soċjali tagħha tjiebet ħafna. Ma tgħaddiex mingħajr il-kitba u l-qari, filfatt kull ġimgħa tikteb il-ħsieb tal-Evanġelu li dan imbagħad jinqara' fuq ir-radju.


Lynn Aquilina
Assistenta Segretarja
Għandha 35 sena u toqghod l-Imsida flimkien ma’ missierha. Madwar 10 snin ilu kienet għaddejja minn żmien difficli ħafna u għalhekk  iddeċidiet li tagħmel xi ħaġa meħtieġa sabiex il-persuni b'diżabilita’ fiżika jkollhom l- opportunità li jiltaqgħu u jissoċjaliaw ma’ nies ohra fis-socjeta. Flimkien ma’   ħabitha Michelle Cilia nee Farrugia, appoggatha mill-bidu. U b’hekk beda’ l-grupp LAND. Sa ftit zmien ilu kienet il-president ta’ din l- organizzazzjoni u co-ordinator. L-involviment tagħha fil-LAND joħdielha ammont sostanzjali ta’ ħin pero’ jagħtiha ħafna sodisfazzjon. Għaliha din hija kisba li hi kapaċi   tikkontribwixxi u tgħin lill-ħbieb tagħha. Tipprova tgħix gurnata b'gurnata u tgawdi l-ħajja mill-aħjar tista’.  Il-ħolma tagħha hi li ssir iktar indipendenti biex tkun tista’ tgħix wahdiha ,u li tivvjaġġa kemm jista’ jkun. Ma teskludiex il-fatt li xi darba għad ikollha il-familja tagħha stess.

Jeanesse Abela
Fundraiser u
Educational Co-ordinator Officer


Għandha 27 sena u toqgħod Wied il-Għajn. Ilha taħdem bħala LSA għal dawn l-aħħar sentejn, fil-waqt li  taħdem ukoll part-time bħala support worker mal-Aġenzija Support. Qabel ma bdiet taħdem bħala LSA diġa’ kienet ilha 8 snin taħdem ma’ din l-istess aġenzija. Bħala passatempi għandha ħafna,    ħobb    il-mużika,    l-crafts,    toħroġ    ma’    sħabha    u    tagħmel    il- volontarjat. Dawn l-affarijiet kollha jindikaw li hi persuna dinamika u enerġetika ħafna.


Melanie Scicluna 
Viċi-Presidenta
Jeremy hu ġuvni ta’ 19–il sena mill-Imsida. Hu qieghed l-universita’ fit-tieni sena, fil-kors tal-B.S.C. Statistics & Finance. Jixtieq li fil-futur, xogħlu jkun fuq ir- riċerka partikolarment fil-qasam tal-istatistika. Fil-ħin liberu tiegħu iħobb ipinġi,
jaqra, jisma’ l-mużika u joħroġ mal-ħbieb.
Jeremy Tua
Assistent Tezorier
 
 

Make a free website with Yola